Lokali

Jiżdiedu n-nies li jaħdmu part-time biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja

In-numru ta’ nies li jaħdmu part-time minbarra l-impjieg full-time tagħhom żdied b’9.4% matul is-sena li għaddiet. Wieħed mill-fatturi ewlenin li dan qed iseħħ huwa kaġun tal-inflazzjoni li qed toloqt lil Malta. Din kienet l-istorja prinċipali fil-faċċata ta’ quddiem tal-ġurnal Malta Today tal-Ħadd.

Ir-rapport jgħid li ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li 39,538 persuna kellhom xogħol kemm full time kif ukoll part time f’Marzu ta’ din is-sena. Dan jammonta għal 15% tal-ħaddiema totali li huma okkupati bi qliegħ.

Filwaqt li din iż-żieda tista’ tiġi attribwita parzjalment għax-xogħol part-time li qabel kien mhux iddikjarat minħabba rata tat-taxxa aktar attraenti – il-ħaddiema qed iħossu l-ħtieġa li jissupplimentaw id-dħul ordinarju tagħhom minħabba l-għoli tal-ħajja.

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM, trade union, qal lil Malta Today li l-ħaddiema qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. “Kuljum nisimgħu lill-ħaddiema jgħidulna li mhux qed ilaħħqu mal-aħħar tax-xahar u din is-sitwazzjoni qed timbotta lin-nies ifittxu part-time sekondarju biex jagħtu spinta lill-paga eżistenti inadegwata tagħhom,” qal Vella.

L-infalsjoni qed tnaqqas il-pagi, li diġà huma baxxi meta mqabbla mal-livelli tal-UE, innota l-Kap Eżekuttiv tal-UĦM. “Hemm nies jaħdmu bejn 50 u 70 siegħa fil-ġimgħa biex iżidu d-dħul tagħhom u mhux ta’ b’xejn li l-istatistika turi żieda fix-xogħol part-time fost dawk li diġà għandhom impjieg full time,” qal Vella.

Minn dan il-punt is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja, qabel u qal li huwa inkwetanti li hemm nies li jissupplimentaw ix-xogħol full time tagħhom b’impjieg part time minħabba l-għoli tal-ħajja li qed jiżdied.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-Partit Nazzjonalista għandu proposti konkreti b’mudell ekonomiku li jimmira għal xgħoljiet ta’ kwalità.