Iċ-ċiklista Ingliża Beth Shriever reġat rebħet it-titlu tal-BMX tan-nisa fil-Kampjonat Dinji taċ-Ċikliżmu f’Glasgow. Shriever ħadet l-ewwel post kmieni fit-tellieqa u żammet ll-istess post għat-tellieqa kollha hekk kif ma sabet l-ebda kompetizzjoni kontrija.
Din hija t-tieni darba li Shriever rebħet dan l-unur, bl-ewwel wieħed jasal fl-2021.
Fit-tieni post temmiet l-Olandiża Laura Smulders, biċ-champion tal-2019 Alise Willoughby tispiċċa fit-tielet post.
Is-suċċess ta’ Shriever wasal wara li l-kollega tagħha tat-tim nazzjonali Ingliż Emily Hunt temmiet fit-tieni post fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena.
Fil-kategorija tal-Elite, Lotte Kopecky rebħet it-tielet titlu Dinji tagħha hekk kif temmiet quddiem ir-rebbieħa tat-Tour De France tan-nisa Demi Vollering fit-tieni post.
//= $special ?>