Wara ħafna spekulazzjonijiet, l-attakkant Franċiż Kylian Mbappe rritorna għat-taħriġ ma’ PSG u huwa probabli li mhuwiex se jħalli lit-tim tiegħu din is-sena.
L-istilla ta’ PSG ma kienx qiegħed jifforma parti mit-taħriġ tat-tim, fejn saħansitra anka tħalla barra mill-iskwadra għall-ewwel partita fil-kampjonat kontra Lorient.
Skont rapport mill-midja internazzjonali, Mbappe ma kellux lil PSG fiċ-ċentru tal-pjanijiet tiegħu, hekk kif il-plejer xtaq jingħaqad ma’ Real Madrid, fejn saħansitra anka beda jinnegozja dettalji personali mad-dirigenza ta’ Los Blancos. Madankollu, it-tmexxija ta’ PSG għamlitha ċara li dan il-plejer mhuwiex se jitħalla jitlaq bl-ebda mod, fejn sussegwentament issa ż-żewġ partijiet jidhru li se jilħqu ftehim fuq tiġdid tal-kuntratt tal-attakkant internazzjonali Franċiż.
//= $special ?>