Id-deputati parlamentari f’Tehran ivvutaw biex jirrevedu l-liġi kontroversjali dwar l-ilbies tal-hijab min-nisa. Dan għandu jsir wara bibien magħluqa — u li jfisser li l-kwistjoni ma tinvolvi l-ebda dibattitu fuq livell pubbliku.
Il-liġi dwar il-hijab u r-rispett dovut mill-mara Iranjana lejn il-kastità sallum imponiet il-pieni ħorox għan-nisa fl-Iran li ma jilbsux ix-xalla tradizzjonali meta jkunu qalb il-pubbliku.
Ir-reviżjoni tal-liġi qed issir wara xhur ta’ protesti tal-massa – dominati bl-arresti u l-imwiet – li seħħew wara li mara tilfet ħajjitha hi u tinżamm taħt arrest u wara li hi, allegatament, ma kenitx liebsa l-hijab skont il-kriterji tal-Islam.
Il-Parlament Iranjan issa se jkun jista’ japprova żmien ta’ prova b’massimu ta’ ħames snin għall-abbozz ġdid. U ladarba l-prova tidħol fis-seħħ, id-deputati f’Tehran ikunu jistgħu jibdlu l-leġislazzjoni li maż-żmien għandha tkun stabblita bħala liġi b’mod permanenti.
//= $special ?>