Il-kowċ Taljan Roberto Mancini ħalla l-kariga tiegħu ta’ kowċ tat-tim nazzjonali tal-Italja.
Il-Federazzjoni tal-futbol Taljana ħabret b’mod immedjat permezz tal-mezzi soċjali li qed taċċetta r-riżenja ta’ Mancini mill-kariga tiegħu bħala kowċ tat-tim nazzjonali.
Mancini ilu fil-kariga sa mill-2018, fejn matul dan il-perjodu l-kowċ ta’ 58 sena kiseb suċċessi kbar fosthom ir-rebħ tal-EURO 2020 kontra l-Ingilterra wara l-għoti tal-penalties, sussegwentament, taħt it-tmexxija ta’ Mancini t-Taljani ukoll temmew fit-tielet post fil-UEFA Nations League fl-2021.
L-Italja tinsab fl-istess grupp ta’ Malta għall-kwalifikazzjoni għall-Ewro 2024, u fl-14 t’Ottubru li ġej, it-tim nazzjonali Malti se jkun qed jilgħab f’Bari kontra t-Taljani.
Bosta rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-FIGC diġà bdiet il-proċess sabiex tfittex kowċ ġdid, bl-ewwel indikazzjonijiet juru li l-ex kowċ ta’ Napoli Luciano Spalletti kif ukoll Antonio Conte huma fost il-favoriti li jieħdu din il-kariga.
//= $special ?>