Proġett li beda fi Frar tal-2022… sal-lum il-ġurnata għadu mhux lest… mhux talli hekk, talli jinsab wieqaf għal kollox.
Hija din is-sitwazzjoni li tinsab fiha Triq Manoel de Vilhena fil-Gżira… bir-residenti qed isofru minn inkonvenjent kbir, bi trabijiet kbar u nuqqas ta’ sigurta’, fejn saħansitra spiċċaw waqgħu u weġġgħu numru ta’ anzjani.
Sitwazzjoni li qed tħasseb ukoll lis-sindku ta’ din il-lokalita Conrad Borg Manchè fejn f’post fuq il-media soċjali ċċara li l-ħtija ta’ dan id-dewmien żgur li mhux tiegħu u tal-Kunsill Lokali.
Is-Sindku jispjega kif dan id-dewmien sar primarjament biex jingħaddu servizzi ġodda u jsir il-konkos… xgħolijiet li saru minn Infrastructure Malta, entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Aaron Farrugia u li ħadu sena u tliet xhur biex tlestew.
Huwa jgħid li l-madum huwa t-tieni fażi ta’ dan il-proġett fejn l-entità responsabbli hija l-Public Works, entità li taqa’ taħt il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi. Sa issa l-Kunsill għad m’għandu ebda informazzjoni b’mod definittiv dwar il-konsenja tal-madum u meta se jitkomplew u jitlestex ix-xgħolijiet.
Is-Sindku kiteb li minħabba dan id-dewmien kollu stabbilimenti f’din it-triq kienu kostretti jagħlqu minħabba problemi finanzjarji kbar li nħolqulhom u oħrajn li għadhom miftuħin qed ibatu minn nuqqas ta’ kummerċ u għar minn hekk ir-residenti ta’ din it-triq qed ibatu minn mard respiratorju.
Jistqarr li huwa inaċċettabli li triq ta’ ftit iktar minn 200 metru tieħu dan iż-żmien kollu biex titlesta.
Ir-residenti tant huma mxebbgħin u ddiżappuntati li t-Tnejn filgħaxija se jkunu qed jorganizza protesta quddiem il-Knisja, fejn is-Sindku ta’ din il-lokalità Conrad Borg Manchè kkonferma li se jkun qed jagħti s-sostenn tiegħu lir-residenti. Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar din it-triq hija it-triq principali tal-Gżira li taffettwa lil kullħadd.
Is-Sindku qal li jeħtieg jitwassal messaġġ ċar ta’ tbatija li għaddejin minnha dawn ir-residenti… tbatija li ħafna minnha setgħet giet evitata.
Din mhix l-ewwel darba li triq damet biex titlesta, u sitwazzjonijiet bħal dawn – sfortunatament – qed ikunu komuni f’diversi lokalitajiet. Dan hekk kif uħud mill-proġetti jdumu weqfin għal bosta ġimgħat b’inkonvenjent kbia għal dawk li jgħixu f’dawk iż-żoni.
Intant kompliet il-propoganda qarrieqa min-naħa tax-xandir nazzjonali kif ukoll minn One News hekk kif biex imewtu l-aħbar ta’ din il-protesta, għamlu servizz dwar il-proġett ta’ pavimentar li qed isir fil-Gżira.
//= $special ?>