Lokali

AĠĠORNATA: Mara minn Birkirkara titlef ħajjitha wara li għerqet f’San Pawl il-Baħar

Traġedja f’San Pawl il-Baħar wara li mara ta’ 70 sena minn Birkirkara tilfet ħajjitha wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tat-Tnejn filgħodu fl-inħawi tat-Torri ta’ Wignacourt fejn kelliema għall-Pulizija spjegaw li l-mara spiċċat f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum.

Minnufih hija ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar sabiex sussegwentament ġie imsejjaħ fil-post tim mediku tal-ambulanzi…madanakollu sfortunatament hija ġiet iċċertifikata mejta fil-post.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa – bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello li ħatret inkjesta.