Lokali

B’kollox faqqsu 32 fekruna tal-ilma baħar fir-Ramla l-Ħamra

Fl-aħħar jiem faqqsu total ta’ 32 fekruna tal-ilma baħar fir-Ramla l-Ħamra.

F’bejta li kienet saret fit-18 ta’ Ġunju nstabu b’kollox 88 bajda, b’40 minnhom kienu fertilizzati. Fi stqarrija, l-ERA kkonfermaw li 80% tal-bajd faqqsu.

Il-fkieren ilhom ifaqqsu sa mis-Sibt filgħodu u b’hekk ilhom ifaqqsu għal dawn l-aħħar tlett ijiem.

Għal dawn l-aħħar ġimgħat, voluntiera ta’ Nature Trust Malta kienu qed jissolverjaw il-bejta sabiex l-ebda ħsara ma ssir.

Intant, bejta oħra tinsab fil-bajja tal-Ġnejna meta fekruna tat-tip loggerhead biedet fil-25 ta’ Ġunju. Il-bajd ta’ din il-bejta mistennija li jfaqqsu fil-ġranet li ġejjin.

Biex iħarsu din il-bejta, l-ERA għamlet talba lill-Kunsill Lokali tal-Imġarr sabiex id-dwal fil-Ġnejna jitfew. Din l-ordni se tinżamm fis-seħħ sakemm jassiguraw li l-fkieren faqqsu kollha b’wiċċ il-ġid u erħewlha lejn il-baħar.