Rugby Sport

Blue Knights idawwru r-riżultat fit-tieni taqsima

Fil-Marsa Rugby Ground, tkompla r-Rugby League. Blue Knights dawwru l-iskor fit-tieni taqsima fir-rebħa ta’ 38-34 fuq Black Knights minkejja li kienu 22-10 fi żvantaġġ fl-ewwel taqsima. Fil-ftuħ tat-tielet rawnd, l-ewwel rebħa għal Blue Knights dan istaġun fejn protagonisti Shenan Shayamantha tas-Sri Lanka u l-internazzjonali Kyle Gauci li għamel 14-il punt.

Fl-ewwel taqsima protagonisti Tom Tattersfield, Sven Camillieri u tries tal-internazzjonali Jeremy Dela u Aidan Demicoli. Għal Black Knights, debutt fir-rugby League għal Anthony Spiteri fuq il-linja tal-lemin l-istess bħal Darren Choules għal Blue Knights. Għal Blue Knights protagonista l-halfback Dylan Frendo li għen fl-attakk lil Karol Spiteri li għalaq b’erba’ punti flimkien ma’ George Widdop u l-internazzjonali Liam Scicluna.

L-istess Frendo u Kyle Gauci għamlu ħamsa minn seba’conversions li kellhom effett fuq l-iskor finali u r-rebħa ta’ Blue Knights fuq Black Knights bl-iskor ta’ 38-34.

Ħasra li matul il-tieni taqsima sfaw imweġġa Jean Pierre Zarb u Scott Beerman.

Referee tal-partita kien Lionel DaSilva