Aston Villa sofrew it-tieni daqqa ta’ ħarta fi spazju ta’ ftit jiem meta tilfu wkoll lid-difensur internazzjonali Ingliż Tyrone Mings li weġġa’ serjament l-irkoppa fil-logħba inizjali tal-istaġun kontra Newcastle.
Stqarrija ta’ Aston Villa qalet li mit-testijiet li saru Mings weġġa’ serjament l-irkoppa tal-lemin u se jkollu bżonn operazzjoni u proċess twil ta’ riabilitazzjoni.
Din hi t-tieni injury serja għal Villa wara li l-midfielder avvanzat Emi Buendia qed jiffaċċja wkoll xhur sħaħ barra wara li sofra injury fl-irkoppa waqt it-taħriġ nhar l-Erbgħa.
Mings u Buendia kienu plejers ewlenin għal Villa hekk kif it-tim tjieb fit-tieni nofs tal-istaġun li għadda taħt il-manager Unai Emery.
Villa se jilagħbu fl-Europa Conference League dan l-istaġun.
//= $special ?>