Neymar mistenni jmur lejn il-Lega Pro Sawdija wara li Al Hilal laħqu ftiehem ma’ PSG għal trasferiment li hu rrappurtat li se jkun ta’ €90 miljun.
It-trasferiment ikun rekord għall-kampjonat, appoġġjat mill-istat sinjur fiż-żejt. Al-Hilal b’hekk ikunu jistgħu iwieġbu lir-rivali tagħhom mill-belt ta’ Riyadh Al Nassr li f’Jannar kisbu l-firma ta’ Cristiano Ronaldo. Offerti riċenti lil Lionel Messi u Kylian Mbappé, eks-kollegi ta’ Neymar l-istaġun li għadda maċ-champion Franċiż PSG, ma ġewx aċċettati.
Allegatament, Neymar ġie offrut kuntratt ta’ sentejn li mistenni jħallas lill-istilla tal-Brażil ta’ 31 sena salarju annwali ta’ madwar $100 miljun. Dan ikun madwar nofs is-salarju rapportat ta’ Ronaldo ta’ 38 sena.
Neymar u PSG qablu l-ġimgħa l-oħra li jista’ jitlaq għalkemm il-preferenza tiegħu, bħal Messi diversi ġimgħat ilu, kienet li jirritorna mal-eks klabb tagħhom Barcelona.
Il-finanzi ta’ Barcelona jagħmlu ftehim bħal dan kważi impossibbli u Messi minflok f’Ġunju għażel lil Inter Miami tal-Major League Soccer.
//= $special ?>