Lokali

Għada se jsir il-Pellegrinaġġ tal-Muturi b’risq is-Soup Kitchen

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr qed jorganizzaw is-sitt edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija, bid-donazzjonijiet miġbura se jkunu qed imorru għas-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt Valletta. 

L-inizjattiva qed tittieħed minn żewġ parroċċi ddedikati lil Marija Assunta, fil-jum tal-festa solenni tal-Assunta li jkun ukoll jum ta’ btala pubblika.  

Is-sewwieqa tal-muturi qed ikunu mistiedna jinġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9:15 am. Il-pellegrinaġġ jitlaq fl-9:45 am.  

Hu ppjanat li l-muturi jaslu Ħad-Dingli ftit qabel il-11:00 am fejn mal-wasla ħdejn il-Knisja Arċipretali jsir it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

https://www.facebook.com/ParroccaHadDingli/videos/6314424208655869