Lokali

Ir-residenti tal-Gżira jesprimu r-rabja tagħhom

“Nifisna maqtugħ u trabijiet kullimkien, lanqas nistgħu niftħu tieqa”

Hekk saħqu uħud mir-residenti tal-Gżira li t-Tnejn filgħodu tkellmu ma’ Net News fejn esprimew d-dieqa, diżappunt u rabja quddiem is-sitwazzjoni li sabu ruħhom fiha għal dax-xhur kollha.

Dan hekk kif ix-xogħolijiet li hemm għaddejjin fi triq Manoel de Vilhena issa ilhom għaddejjin għal iżjed min sena…għad-detriment mhux biss tar-residenti iżda anke s-sidien tan-negozji.

Ħaddiem esprima r-rabja tiegħu dwar kif naqas b’mod drastiku il-bejgħ mill-ħanut ta’ fejn jaħdem.

Dan filwaqt li tkellmu magħna diversi residenti li saħqu li t-trabijiet qawwija aħansitra qegħdin jikkawżawlhom problemi respiratorji.

Residenti oħrajn ukoll komplew jagħmlu enfasi dwar kemm hemm bżonn li din it-triq titlestha mill-aktar fis possibli.

Fuq post fuq Facebook, is-Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manché esprima r-rabja tiegħu hekk kif minflok qiegħed isib l-appoġġ minn min suppost qed imexxi b’eżempju dwar din is-sitwazzjoni li fiha tinsab il-Gżira, saħaq li saħansitra qed jgħidu li jobgħoduh.

Dan filwaqt li saħaq li ma jistax ikun jibqa’ bħalqu magħluq meta saħansitra xi partijiet tat-triq ġew mgħarrqa bl-ilma, tant li anqas ir-residenti ma jistgħu jgħaddu bil-mixi…jew jidħlu f’darhom stess.