L-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna qed iħallu impatt sinifikanti għar-Russja anki minn lat ekonomiku u finanzjarju.
Dan fost konferma li kull dollaru Amerikan illum sar jiswa l-ekwivalenti ta’ ftit aktar minn 100 rubli – bil-kambju tar-Russja jinżel għall-aktar livell baxx f’dawn l-aħħar sittax-il xahar u fiż-żmien kollu li ilha għaddejja din il-gwerra.
Iċ-ċirkustanzi ekonomiċi fir-Russja, sadanittant, qegħdin jaqilbu dejjem għall-għar b’konsegwenza tal-konflitt.
Dan meta l-Gvern tal-President Vladimir Putin qed jonfoq aktar milli jiflaħ fuq il-gwerra, bis-sanzjonijet imposti fuq ir-Russja mill-Punent (waqt il-gwerra fl-Ukrajna) qed jolqtu l-ħajja ta’ kuljum għall-maġġoranza assoluta tar-Russi.
//= $special ?>