Wara tmint ijiem ta’ kompetizzjoni intemm il-Logħob għaż-Żgħażagħ fi ħdan il-Commonwealth. Fl-ewwel edizzjoni li saret fil-Karibew magħrufa bħala Tribago 2023 organizzati fi Trinidad u Tobago, saret iċ-Cerimonja tal-Għeluq
Madwar 1000 partiċipant minn 70 pajjiż jew territorju fi ħdan il-Commonwealth ħadu sehem f’Ċerimonja ta’ ċelebrazzjoni li saret fil-bajja Pigeon Point f’Tobago.
Preżenti wkoll il-kontinġent Malti immexxi mix-chef de Mission Maria Vella Galea u l-uffiċjal tat-triathlon Warren Muscat. F’din is-seba’ edizzjoni tal-Commonwealth Youth Games, il-Kumitat Olimpiku Malti kien preżenti bi tlett tri-atleti, Keira Attard, Kai Azzopardi u Ryan Muscat. Riżultati mill-aktar pożittivi għal kontinġent Malti l-aktar permezz ta’ Kai Azzopardi li kien sekondi ‘l bogħob minn post fuq il-podju meta temm fir-raba’ post fit-triathlon individwali.
Keira Attard fl-individwali temmet fit-tmien post bl-istess pożizzjoni fit-team event flimkien ma’ Kai Azzopardi filwaqt li Ryan Muscat kien temm fl-erbatax-il post fl-individwali.
//= $special ?>