It-Tnejn filgħodu l-ajruporti ta’ Catania u Comiso temporanjament waqfu t-titjiriet minħabba rmied vulkaniku hekk kif żbroffa l-vulkan Etna.
Dan sfortunatament u inevitabbilment irriżulta f’titjiriet ikkanċellati minn u lejn Malta – b’riżultat li diversi Maltin nqabdu Sqallija.
Fost it-titjiriet milquta hemm ukoll dawk tal-Air Malta, hekk kif it-titjiriet kollha ġew ikkanċellati sa nhar it-Tlieta fis-6am.
B’konsegwenza t’hekk bosta kellhom il-pjanijiet tagħhom mħarbta għal kollox…b’uħud li kellhom iqattgħu ġurnata Sqallija…prattikament spiċċaw bil-vaganza qasira kkanċellata….u oħrajn spiċċaw maqbudin fil-gżira Taljana.
Fi stqarrija l-Air Malta spjegat li ġew ikkanċellati 3 titjiet lejn Catania u 3 oħra minn Catania lejn Malta.
Ġie spjegat ukoll li din hija sitwazzjoni li għadha qed tiżviluppa u se tkun qed taġġorna lill-pubbliku matul il-jum ta’ għada – hekk kif l-operazzjonijiet fi ħdan l-ajruport ta’ Katanja fi ħsieb li jerġgħu jibdew mas-sitta ta’ filgħodu tal-15 ta’ Awwissu.
L-għeluq tal-ajruport ta’ Catania ġie ftit jiem biss wara li reġa’ beda jaħdem bi sħih wara li ngħalaq kawża tan-nirien kbar fil-bini tat-terminal f’nofs Lulju.
//= $special ?>