Atletika Sport

Keith Galea b’riżultat mill-aqwa fis-70.3 Iron Man fl-Estonja

Fost 13-il triatleta Malti li ħadu sehem fis-70.3 Iron Man f’Tallinn, l-Estonja, l-aħjar riżultat kien dak miksub minn Keith Galea li temm fit-tmien post fil-kategorija ta’ bejn il-35 u d-39 sena.

Keith Galea temm f’total ta’ 4 sigħat, 25 minuta u 21 sekonda. Huwa temm l-għawma fir-raba’ post f’27 minuta u 52 sekonda, il-ġirja fuq ir-rota temm fid-disa’ post f’sagħtejn 23 minuta u 42 sekonda filwaqt li fil-ġirja temm fit-tmien post f’siegħa, 29 minuta u 30 sekonda.

F’Tallinn kienu 1,096 tri-atleta li temmew il-kompetizzjoni fejn Keith Galea temm fis-77 post fil-klassifika ġenerali.

L-impenn li jmiss għal Keith Galea huwa fl-10 ta’ Settembru f’Berlin għall-Half ironman fuq 1.9 kilometri għawm, 90 kilometru cikliżmu u ġirja ta’ 21 kilometru.

Bir-riżultat miksub, Keith Galea ikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja 70.3 Iron Man.