Real Madrid akkwistaw lill-goalkeeper Kepa Arrizabalaga b’self mingħand Chelsea biex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ Thibaut Courtois li weġġa’.
L-akkwist ta’ Kepa jasal erbat ijiem wara li Courtois qata’ ligament fl-irkopptu tax-xellug waqt it-taħriġ. L-injury se jfisser li l-internazzjonali Belġjan se jdum barra mil-logħob għal ħafna mill-istaġun.
Kepa jasal b’kuntratt sa tmiem l-istaġun u se jingħaqad ma’ skwadra li diġà kienet tinkludi lill-Ukren Andriy Lunin, riserva għal Courtois li s-Sibt beda fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Athletic Bilbao fil-ftuħ tal-kampjonat Spanjol.
Kepa kien kien f’taħditiet biex jingħaqad ma’ Bayern Munich iżda l-ftehim waqa’ wara li Real Madrid urew interess li jiffirmaw lill-player ta’ 28 sena.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Bayern Jan-Christian Dreesen qal li l-Ħadd il-klabb Ġermaniż kien jittama li jakkwista lil Kepa flok Manuel Neuer, li ilu ma jilgħab mit-Tazza tad-Dinja wara li kiser siequ waqt li kien qed jiskija meta kien fuq vaganza.
Real Madrid is-Sibt tilfu wkoll lid-difensur Éder Militão minħabba injury serja fl-irkoppa fil-ftuħ tal-logħba mirbuħa f’Bilbao.
//= $special ?>