Flimkien għal Ambjent Aħjar oġġezzjonaw għall-applikazzjoni ta’ bini monstruż faċċata tal-Bażilika ta’ Sant’Elena f’Birkirkara.
“Il-wirt tagħna ma nistgħux nissagrifikawh biex ngħaqdu l-ekonomija permezz ta’ proġetti li se jkunu ta’ ħsara.”
Fl-aħħar ġranet ħarġet l-aħbar illi palazz antik li jmur lura mijiet ta’ snin u li jinsab fil-qalba ta’ Birkirkara ser jinbidel f’lukanda moderna ta’ 4 sulari.
Iz-zona kollha li taqa’ fiż-żona ta’ konservazzjoni urbana tal-lokal se tiġi mibnija minflok parti kbira mill-ġnien ta’ dan il-palazz residenzjali li l-l-entratura tiegħu tagħti fuq Triq Santu Rokku u li fi żmien il-ħakma Franċiża u fis-snin ta’ wara kien jintuża bħala sptar, qed jiġi propost li tkun qed tospita mat-38 kamra, flimkien ma’ għaxar kmamar oħra fil-palazz innifsu.
Apparti dan, ġie propost ukoll b’ristorant taħt l-art u pixxina fuq il-bejt li tħares direttament lejn il-Bażilika.
Din il-binja kienet residenża ta’ Vincenzo Borg Brared, patrijott Karkariż li iffinanżja l-istatwa artistika ta’ Sant’Elena tant għażiża għall-Karkariżi.
//= $special ?>