It-toroq ta’ Wied il-Għajn, Buġibba u Birżebbuġa se jkunu miżgħuda b’ilwien, ferħ u brijju hekk kif dawn il-lokalitajiet se jkunu qed jilqgħu fi ħdanhom il-festi tal-Karnival tas-Sajf.
Nhar il-Ġimgħa, 18 ta’ Awwissu, se jkun qed jingħata bidu għal dan il-briju permezz ta’ karrijiet, eżebizzjonijiet tal-arti, kompetizzjonijiet taż-żfin u attivitajiet varji marbuta mal-Karnival.
Dan kollu fi tmiem din il-ġimgħa bejn il-Ġimgħa 18 u l-Ħadd 20 ta’ Awwissu – mit-tmienja ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
L-avvenimenti kollha se jkunu mingħajr ħlas u se jkunu qed jinkludu fost oħrajn 11-il karru.
//= $special ?>