Raġel ta’ 32 sena ittieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li qed isoffri ġrieħi gravi, wara li kien involut f’inċident, fil-Gudja.
Illum, xi d-disgħa ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta
bejn mutur Yamaha T110 misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar u Suzuki Swift
misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għargħur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei
sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.