Sport Sport Ieħor

Tennis: Suċċessi għal Jannik Sinner u Jessica Pegula fil-Kanada

( Jannik Sinner - EPA)

Jannik Sinner u Jessica Pegula rebħu l-kategoriji rispettivi fil-finali tal-Open tal-Kanada f’Toronto u Montreal.

F’Toronto, Jannik Sinner tal-Italja li għad għandu 21 sena, ħa biss 90 minuta biex għeleb lil Alex de Minaur tal-Awstraja f’żewġ sets 6-4 u 6-1.

Jannik Sinner u De Minaur iltaqgħu f’ ħames okkażjonijiet u t-Taljan rebaħ kull partita. Kienet l-ewwel rebħa ta’ Sinner f’finali tal-ATP Masters 1,000, wara li tilef it-tnejn preċedenti tiegħu f’Miami fl-2021 u fl-2023.

Jessica Pegula tal-Istati Uniti numru tlieta fid-dinja ta’ 29 sena, li fis-semifinali għelbet lin-numru wieħed tad-dinja Iga Swiatek, rebħet il-finali tagħha f’49 minuta biss meta f’Montreal, iddominat lir-Russa Liudmila Samsonova f’żewġ sets 6-0 u 6-1.

Għal Pegula dan kien it-tieni titlu WTA 1,000. Għan-numru 18 tad-dinja Samsonova kellha l-problema li fis-semifinali tagħha kontra t-tielet seed Elena Rybakina, li rebħet 1-6 ; 6-1 ; 6-2 damet u kienet sospiża għal xi ħin minħabba x-xita.

Pegula hija l-ewwel Amerikana li rebħet l-avveniment sa minn meta Serena Williams kienet rebħet fl-2013. 

(It-tennista Amerikana Jessica Peguala – Ritratt: EPA)