Lokali

Żagħżugħa bi ġrieħi gravi wara inċident bi quadbike f’Santa Venera

Taljana ta’ 28 sena, għal xi s-sebgħa u nofs tal-Ħadd filgħaxija , ittieħdet l-Isptar
Mater Dei għax weġġgħet f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.


Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq quadbike tal-għamla Kymco, tilfet
il-kontroll u nqalbet.


Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikat li
weġġgħet gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.