Internazzjonali

Donald Trump akkużat dwar interferenza fl-elezzjoni tal-2020

L-eks President Donald Trump ġie akkużat minn Qorti ta’ Ġeorġja fl-Istati Uniti, għall-allegat involviment tiegħu fl-attentat li jbiddel ir-riżultati tal-elezzjoni tal-2020.

L-Avukat tad-Distrett, ressqet 13-il akkuża kontra Trump u 18-il assoċjat, u akkużahom b’reati bħal falsifikazzjoni u ftehim frawdalenti.

L-akkużi jinkludu “talb ta’ ksur tal-ġurament minn uffiċjal pubbliku” u konfoffa, bi proċess konġunt għad-19-il akkużat mistenni fis-sitt xhur li ġejjin.

Trump qed jiċħad l-allegazzjonijiet, filwaqt li qed jattribwihom għal motivazzjonijiet politiċi hekk kif qed jiffaċċja sfidi legali dejjem akbar.