L-Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, ħabbret li t-Tnejn filgħaxija faqqsu fkieren żgħar mill-bejta tal-Ġnejna.
Uffiċjali u voluntiera tal-ERA minn-Nature Trust – FEE Malta u Wildlife Rescue Team Malta, kienu preżenti fuq il-post biex jimmonitorjaw u jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Din is-sorveljanza se tkompli fl-iljieli li ġejjin.


Intant, fl-aħħar jiem faqqsu wkoll total ta’ 32 fekruna tal-ilma baħar fir-Ramla l-Ħamra.
F’bejta li kienet saret fit-18 ta’ Ġunju nstabu b’kollox 88 bajda, b’40 minnhom kienu fertilizzati. Fi stqarrija, l-ERA kkonfermaw li 80% tal-bajd faqqsu.
Il-fkieren ilhom ifaqqsu sa mis-Sibt filgħodu u b’hekk il-proċess ħa tlett ijiem.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat, voluntiera ta’ Nature Trust Malta kienu qed jissorveljaw il-bejta sabiex l-ebda ħsara ma ssirilhom.


