It-Tieni Gwerra Dinjija kienet bdiet tħalli l-effett taghha fuq pajjiżna – bil-poplu Malti kien qed ibati l-ġuħ u l-għaks.
Malta kellha bżonn kbir ta’ ikel u ta’ mediċini. Din il-g gwerra issa kienet ilha għaddejja erba` snin, u pajjiżna kien għad fadallu biss provvisti għal ftit jiem.
Lejn Malta kellhom jaslu 17-il bastiment. Waslu biss ħamsa li rnexxilhom jeħilsuha mill-qilla tal-għadu…. bi vjaġġ li waqaf Ġibilta.
Il-vjaġġ ra serje t’attakki mill-għadu, fosthom minn 540 ajruplan, attakki minn sottomarini kif ukoll attakki minn fuq il-baħar. L-għadu ried jeqred għal kollox din l-operazzjoni hekk kif kien konxju li Malta kienet waslet fit-tarf, u lesta li ċċedi jekk ma tasalx għajnuna mill-alleati.
Lejliet Santa Marija…. il-poplu dar ghat-talb lejn sidtna Marija. U fl-14 tax-xahar tal-1942 deher il-Konvoj Operation Pedestal dieħel fil-Port il-Kbir.
F’Jum l-Assunta, bin-nies fuq is-sur, ilkoll fis-silenzju jaraw ix-xena ta’ quddiemhom… fil-Port il-Kbir jasal il-bastiment Ohio… li wara vjaġġ twil, irnexxielu jitrakka max-xatt fid-9.30am, vjaġġ li fl-aħħar kien iebes mhux ħażin, b’dan il-bastiment ikun mgħejjun minn għadd ta’ dgħajjes oħra biex jibqa’ fil-wiċċ.
Il-bastiment Ohio kellu l-aktar provvista kruċjali…. fjuwil, mediċina u dqiq, bil-poplu Malti, 81 sena wara baqa’ jsejjaħ dan il-konvoj bħala dak ta’ Santa Marija: il-konvoj li salva lill-Maltin matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
//= $special ?>