Il-kap ta’ partit politiku tax-xellug spiċċa maqtul minn tiri sparati minn assassini li għaddew minn qribu b’mutur – b’dan ikun it-tieni każ ta’ qtil politiku fil-pajjiż f’anqas minn ġimgħa….Sitwazzjoni li l-President tal-Ekwador Rafael Correa fissirha bħala ‘totalment inaċċettabbli’ fost il-wiegħdiet biex il-qawwiet tas-sigurtà jżidu l-isforzi lejn it-trażżin tal-gangs kriminali fl-ibliet prinċipali.
Intant, Pedro Briones spiċċa vittma tal-attentat waqt li kien qiegħed fid-dar tiegħu fil-provnċja ta’ Esmeraldas. Il-qtil kellu jseħħ ħamest ijiem biss wara li Fernando Villavicencio, politiku li kien qed imexxi kampanja kontra l-kriminalità u li kien qed jaħseb biex jikkuntesta għall-Presidenza tal-Ekwador, ukoll spiċċa l-vittma ta’ assassini fil-kapitali Quito.
Il-qabża fir-rata tal-omiċidji fl-Ekwador qed tindika anki sħubija bejn il-gangs lokali mal-gruppi kriminali internazzjonali. Dan waqt li l-qtil tal-politiċi fl-Ekwador qed jallarma bil-kbir lill-poplu li nhar il-Ħadd jivvota fl-elezzjonijiet għal President ġdid.
//= $special ?>