Futbol Sport

Manchester United b’rebħa minima fl-ewwel ħarġa

(Ritratt: EPA)

F’Old Trafford, Manchester United għelbu lil Wolves bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Gowl fl-aħħar fażi tal-partita kien forsi l-isbaħ mument għal Manchester United kontra avversarju li kien aktar fil-partita, qasmu l-logħob għal ħinjiet twal u kienu sfortunati li ma ngħatawx penalty sekondi mit-tmiem.

Wolves, immexxija minn Gary O’Neil li nħatar kowc tat-tim erbat ijiem ilu, iddominaw il-midfield, settur li fiħ Manchester United dehru pjuttost batuti. Ebda gowl matul l-ewwel taqsima. Fis-76 minuta Manchester United skorjaw il-gowl li ddeċieda l-ewwel tlett punti tal-Kampjonat.

Minn azzjoni ta’ Aaron Wan Bissaka kien Raphael Varane li bir-ras għeleb lil Jose’ Sa.

Pressjoni minn Wolves li fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud ipprotestaw għal penalty wara li Andre’ Onana ma’ qatax il-cross u ffawlja lil Sasa Kalajdzic, Simon Hooper ikkonsulta l-VAR fejn ma ra xejn irregolari. Deciżjoni li wasslet għal protesti minn Gary O’Neil li spiċċa ammonit. Skor finali 1-0 għar-Red Devils.