Minn informazzjoni li waslet għand Net News jidher li għall-ħabta tal-10.30am, vann li kien qed jinstaq fil-bypass tal-Mellieħa direzzjoni lejn l-Għadira, ħa n-nar.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex din il-vettura tieħu n-nar.
Kelliema għall-Pulizija kkonferma li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Immedjatament fuq il-post waslu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw dan in-nar.
Kawża ta’ dan l-inċident, il-bypass tal-Mellieħa kellha tingħalaq għal xi ħin, bil-konsegwenza li nġema’ traffiku kbir fl-inħawi.
//= $special ?>