SEVILLA ………………… (1) 4
MANCHESTER CITY…. (1) 5
Fil-Karaiskakis stadium fil-Greċja Manchester City rebħu s-Super Cup Ewropea biex żiedu it-tieni unur Ewropew tagħhom wara li f’Ġunju huma rebħu l-UEFA Champions League. Huma rebħu l-partita wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita temmet fi draw ta’ 1-1.
FiI-25 minuta ir-rebbieħa tal-Europa League, Sevilla, marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni mibina tajba kien Marcos Acuna bi cross preċiż sab lil Youssef En-Nessyri li bir-ras ma ta l-ebda ċans lil Ederson isalva għal 1-0. Fit-63 minuta Manchester City jiksbu l-gowl tad-draw meta l-cross ta’ Rodri sab lil Cole Palmer li bir-ras għeleb lil Bono għal 1-1.

Bil-partita tintemm fi draw il-finali marret mal-ewwel għall-għoti tal-penalties. Għal Man City skurjaw Erling Haaland, Julian Alvarez, Mateo Kovacic, Jack Grealish u Kyle Walker.
Għal Sevilla skurjaw Lucas Ocampos, Rafa Mir, Ivan Rakitic, Gonzalo Montiel, filwaqt li falla l-aħħar penalty Nemanja Gudelj li ra l-penalty tiegħu jaħbat mal-lasta.
//= $special ?>