Il-Malta Handball Association ħabbret ir-riżenja ta’ Paul Zammit mill-kariga tiegħu ta’ President, b’effett immedjat.
Huwa kien ġie elett President fl-2020. Taħt il-gwida tiegħu, il-Malta Handball Association kisbet numru ta’ tragwardi notevoli, fejn mexxa proġetti ġodda u rat n-numru dejjem jikber ta’ plejers attivi.
Fid-dawl tar-riżenja ta’ Paul Zammit, il-Malta Handball Association se ssejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja nhar it-Tnejn, 28 ta’ Awwissu.
Il-Malta Handball Association esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Paul Zammit għas-servizz tiegħu u awguratlu l-isbaħ xewqat.
L-assoċjazzjoni tibqa’ impenjata li tkompli tipprovdi opportunitajiet ġodda u tkabbar l-isport tal-handball f’Malta.
//= $special ?>