Raġel li flimkien mal-familja tiegħu tela’ Għawdex biex igawdi l-festa ta’ Santa Marija spiċċa ttieħed b’emerġenza l-isptar wara li waqa’ kawża tal-ħass li trabba fuq il-moll.
Huwa spiċċa kien operat wara li kiser il-hipbone f’4 postijiet.
Minn naħa tiegħu Daniel Cordina, Minority Leader f’isem il-Partit Nazzjonalista għamel appell lill-awtorijiet sabiex jieħdu azzjoni dwar it-telqa li hemm f’Marsalforn. Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ u Marsalforn kien ilu ħmistax jappella sabiex jiġi mneħħi l-ħass li trabba fuq il-moll tal-bajja ta’ Marsalforn, pero’ dawn l-appelli qed jaqgħu fuq widnejn torox.
Daniel Cordina, appella wkoll biex biex titieħed azzjoni rigward it-traskuraġni u t-telqa li bħalissa hemm fil-lokalita ta’ Marsalforn hekk kif il-bandli jinsab fi stat ħażin ħafna kif ukoll qed ikun ta’ periklu għat-tfal.
Ġnien it-Tlett Għoljiet, li huwa reponsabilita’ tal-Ministeru ta’ Għawdex ukoll qiegħed fi “stat tal-mistħija” kompla jgħid Daniel Cordina, hekk kif mill-ġdid appella għal diskussjoni għal ġid tal-komunita’, hekk kif qed tiżdied ukoll il-problema ta’ skart fit-toroq li qed twassal għal ġrieden.
//= $special ?>