Ir-referee tal-Premier League Simon Hooper u żewġ referees tal-VAR jinsabu fiċ-ċentru ta’ kritika kbira wara li ma ingħatax penaly ċar lil Wolves kontra Manchester United. Huma tneħħew mil-lista ta’ referees għall-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa.
Wolves ġew miċħuda penalty f’Old Trafford meta l-goalkeeper ta’ Manchester United Andre Onana ħareġ bl-amment fuq Sasa Kalajdzic flok għamel kuntatt mal-ballun.
Gary O’Neil kowċ ta’ Wolves ikkummenta li l-uffiċjal ewlieni responsabbli mill-elite referees Jon Moss ma setax jemmen l-iżball. Jidher li l-kap tar-referees Howard Webb, li jmexxi il-Professional Game Match Officials Limited ikkuntattja lill-uffiċjali tal-Wolves wara l-partita biex jiskuża ruħu.
Ir-referee Simon Hooper, l-assistent tal-VAR Michael Salisbury u l-assistent VAR Richard West huma meqjusa bħala mhux magħżula għall-partiti tat-tieni ġurnata tal-Kampjonat ta’ tmiem il-ġimgħa.
Skont O’Neil, Jon Moss qal li kien penalty sfaċċat u kellu jingħata u għal fair play skuża ruħu ma’ Wolves.
F’April, Salisbury twaqqaf għal logħba wara li naqas milli jagħti penalty lil Brighton f’telfa ma’ Tottenham waqt li kien ukoll reponsabbli għall-VAR.
//= $special ?>