AWSTRALJA….1
INGILTERRA…..3
Wirja mill-aqwa mill-Ingilterra l-aktar fit-tieni taqsima poġġiet liċ-Champions tal-Ewropa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra Spanja.
Partita fejn l-Ingilterra minn vantaġġ minimu fl-ewwel taqsima wettqet reazzjoni mmedjata fil-mument meta l-Awstralja daħlu fil-partita bil-gowl tad-draw.
Wara li sal-ewwel nofs siegħa l-logħob kien ibbilanċjat, fis-36 minuta minn azzjoni ta’ Alessia Russo kienet Ella Toone li għelbet lil Arnold għal vantaġġ li bih intemmet l-ewwel taqsima.
Fit-63 minuta l-Awstralja għamlet l-iskor 1-1. Minn pass ta’ Katrina Lee Gorry kienet Sam Kerr li għelbet lil Mary Earps.
Reazzjoni mmedjata mill-Ingilterra. Fil-71 minuta kienet Lauren Hemp li minn azzjoni ta’ Millie Bright għelbet lil Mackenzie Arnold.
Ebda reazzjoni mill-Awstralja. Fis-86 minuta azzjoni ta’ Lauren Hemp lejn Alessia Russo li ma fallietx u għamlet l-iskor 3-1 biex issa jilagħbu fil-finali nhar il-Ħadd kontra Spanja.
Referee tal-partita kienet Tori Penso tal-Istati Uniti.
//= $special ?>