Appell qawwi mill-Isqof t’Għawdex; appell sabiex bħala poplu, nirrikoru mill-ġdid lejn l-ispirtu ta’ Alla.
Monsinjur Anton Teuma wassal dan il-messaġġ f’jum il-festa tal-Assunta, meta uża l-omelija tal-15 t’Awwissu sabiex jixħet dawl fuq il-problemi reali tas-socjeta taghna. Bl-Isqof t’Għawdex ma jiddejjaq xejn jitkellem apertament dwar kwistjonijiet bħad-dipressjoni – fejn stqarr illi bħalissa, terz tal-popolazzjoni tant għaddejja minn problemi li qed ikollha tieħu l-kalmanti.
Matul din l-omelija, Monsinjur Teuma stqarr illi Alla jiftakar f’kull wieħed u waħda minnha. U l-qawwa ta’ Alla tibqa’ waħda bla qies quddiem id-diversi problemi li naffaċjaw.
L-Isqof t’Għawdex appella wkoll sabiex flok nitlewmu fuq dak li huwa sejjaħ “ġlied u ċuċati”, inkunu nies illi nħobbu u naċċettaw lil xulxin. Dan filwaqt illi iffoka l-messaġġ tiegħu fuq l-importanza tal-imħabba f’ħajitna.
Intant, anke f’Għawdex iċ-ċelebrazzjonijiet Marjani jkomplu nhar il-Ħadd li ġej bil-festa ta’ Santa Marija fiż-Żebbuġ. Filwaqt li f’Malta tiġi ċelebrata l-Assunta f’Ħad-Dingli u l-Imġarr.
//= $special ?>