Internazzjonali Mużika

‘The Killers’ jagħmlu apoloġija wara li l-fans tagħhom ħassewhom offiżi

‘The Killers’ skużaw ruħhom wara li Brandon Flowers stieden raġel Russu fuq il-palk waqt kunċert fil-Ġeorġja sabiex idoqq id-drums magħhom. Hu qal lill-folla biex tittratta lir-Russu bħala “ħuhom”, iżda din b’din il-kelma Brandon Flowers qajjem kaos sħiħ – fejn partitarji dehru jitilqu mil-arena filwaqt illi dawk li baqgħu infexew f’tagħjjir kontinwu lejn il-grupp.

Il-Ġeorġja, li kisbet l-indipendenza mir-Russja fl-1991, għandha storja twila ta’ tensjoni mal-pajjiż ġar tagħha wara li fl-2008 ir-Russja kienet invadiet il-Ġeorġja; u għadha tokkupa parti mill-istat eks Sovjetiku.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali wara l-kunċert, ‘The Killers’ qalu: “ma kienitx l-intenzjoni tagħna li noffendu lil xi ħadd!”għandna tradizzjoni li ilha żmien twil tistieden lin-nies biex idoqqu id-drums u mill-palk deher li r-rispons inizjali mill-folla indika li kien pożittiv”.