Internazzjonali Kurżitajiet

Il-kantanta Britney Spears titlaq lir-raġel tagħha wara 14-il xahar

L-istilla tal-pop Britney Spears u żewġha Sam Asghari temmew ir-relazzjoni tagħom wara 14-il xahar ta żwieġ.

Il-koppja kienet ltaqgħet għall-ewwel darba fuq is-sett ta’ video mużikali ta’ Spears fl-2016, u żżewġu f’ċerimonja żgħira f’Ġunju 2022. Asghari, li għandu 29 sena, appoġja lil Spears waqt it-trattament tas-saħħa mentali u t-tmiem tal-kawża li kellha kontra missierha.

Rappreżentanti għal Spears u Asghari għadhom ma kkummentawx dwar it-tmiem ta’ din ir-relazzjoni.

Is-sit TMZ kien l-ewwel li ħareġ l-aħbar u sorsi ikkonfermaw lill-aġenzija tal-aħbarijiet Associated Press li Asghari kien ippreżenta d-dokumenti għad-divorzju.

Asghari ppropona lil Spears fid-dar tagħhom f’Settembru tal-2021. Waqt li kienu għarajjes, il-koppja ħabbru li kienu qed jistennew l-ewwel wild tagħhom flimkien, iżda wara qalu li kien hemm korriment.

Iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat intlemħu li ma kinux lebsin iċ-ċrieket tat-tieġ tagħhom fil-pubbliku.