‘Il fuq minn 100 persuna spiċċaw arrestati b’konnessjoni ma’ ‘reati ta’ tpattija u mibgħeda’ kontra r-residenti Kristjani fil-belt ta’ Jaranwala. Dan ukoll wara li l-folol tal-Musulmani f’din il-belt spiċċaw jagħtu n-nar lill-Knejjes minbarra li vandalizzaw jew qerdu numru ta’ djar f’diversi lokalitajiet.
Il-vjolenza kienet xprunata mill-allegazzjonijiet li żewġ irġiel Kristjani kienu ‘żebilħu’ kopja tal-Koran – il-ktieb qaddis għall-Musulmani – u fejn fost oħrajn qattgħu xi paġni sinifikattivi dwar it-twemmin Iżlamiku.
Il-knisja storika tas-‘Salvation Army’ spiċċat mira għall-attakki tal-folol tal-Musulmani, bit-tensjoni f’Jaranwala tibqa’ akuta sal-aħħar ħinijiet. Dan waqt li l-attivitajiet pubbliċi, għalissa, qed ikunu projbiti jew ristretti fid-distrett ta’ Faisalabad li tinkludi l-belt ta’ Jaranwala.
Iż-żewġ irġiel akkużati dwar iż-żebligħ tal-Koran ma spiċċawx fost l-arrestati iżda tressqulhom akkużi dwar blasfemija – liema reat kapaċi jwassal biex l-imputat jew imputati jingħataw il-piena tal-mewt.
U għalkemm l-ebda qorti fil-Pakistan, għalissa, ma’ kundannat lil xi imputat għall-mewt b’konnessjoni mal-blasfemija, l-akkużi ta’ dan it-tip fil-konfront tal-individwi kemm-il darba kienu l-kaġun ta’ irvellijiet – u fejn l-akkużati partikulari spiċċaw imbiċċra u maqtula taħt idejn il-membri tal-komunitajiet Musulmani.
//= $special ?>