Festi Lokali

Is-Sibt spettaklu tan-nar sinkronizzat mal-mużika fix-xatt ta’ Tas-Sliema

Għal sena oħra, l-Għaqda tan-nar Stella Maris se tkun qed ittella spettaklu tan-nar sinkronizzat mal-mużika fix-xatt ta’ Tas-Sliema.

L-ispettaklu se jkun is-Sibt 19 t’Awwissu u huwa mistenni jibda mill-10pm ‘il quddiem, b’dan l-ispettaklu jsir magħruf bħala appuntament annwali fil-kalendarji tad-dillettanti tal-festi u nar f’pajjiżna u jattira kwantità ta’ spettaturi.

L-ispettaklu ta’ din is-sena se jkun bl-isem ta’ Stars of Fire.