Il-kelliema għall-Bank tal-Irlanda wissew li kull trasferiment u ħruġ ta’ flus li saru permezz tal-ATMs huma reġistrati fuq il-kontijiet tal-individwi konċernati u li ‘kulħadd irid jagħti lura l-flus li ħa’ fis-sitwazzjonijiet fejn huma ġibdu l-flus li ma kenux intitolati għalihom.
Dan wara li tranġat problema teknika li permettiet biex anki n-nies bi ftit li xejn fondi fil-kontijiet joħorġu ‘kemm iridu flus’ mill-ATMs madwar il-pajjiż. Intant, il-paniku fost id-diretturi tal-bank wassal għal reazzjoni ‘kważi immedjata’ mill-uffiċjali tal-pulizija li għamlu s-sigħat għassa mal-cash machines fir-Repubblika tal-Irlanda.
Fil-fatt – qabel din ir-reazzjoni — laħqu ffurmaw is-sriebet twal tan-nies qrib numru kbir ta’ ATMS u ladarba ġriet l-aħbar dwar id-difetti fl-ATMs: bil-pulizija jwieġbu b’urġenza għal sitwazzjoni mhix tas-soltu.
Fl-istess waqt, kelliema għall-pulizija wissew lin-nies dwar ‘ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-attiviatjiet bankarji personali’.
//= $special ?>