Romeo Lavia kien imħabbar bħala player ta’ Chelsea wara li ssieħeb mingħand Southampton għal £58 miljun. Lavia kien qed ikun ukoll segwit minn Liverpool iżda bħal Moises Caicedo għażel lit-tim ta’ Mauricio Pochettino.
Intant il-winger Franċiż Michael Olise għażel li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Crystal Palace biex b’hekk iffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin. Dan wara li Chelsea aktar kmieni din il-ġimgħa ħalsu l-klawsola ta’ £35 miljun li kienet tinsab fil-kuntratt preċidenti.
Newcastle United mistennija jagħmlu offerta uffiċjali għall-player ta’ Chelsea Lewis Hall. Il-player ta’ 18-il sena fl-aħħar jiem laħaq ftehim verbali dwar kuntratt ġdid mal-Blues b’Newcastle mistennija joffru s-somma ta’ £30 miljun.
Intant Liverpool jinsabu f’diskussjonijiet avvanzat ma’ Stuttgart sabiex jakkwistaw lill-midfielder ta’ 30 sena Wataru Endo. Endo li kien ukoll captain tat-tim mill-Bundesliga mistenni jagħmel minn kollox biex jissieħeb ma’ Liverpool
//= $special ?>