Lokali

AĠĠORNATA: Mara feruta wara li ttajret fil-Fgura f’każ ta’ hit-and-run

Mara ta’ 45 sena miż-Żurrieq kellha tiddaħħal l-isptar b’urġenza wara li aktar kmieni ittajret minn mutur tat-tip Suzuki fil-Fgura.

Il-każ seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar ftit wara l-10:30am.

Minn informazzjoni li kiseb Net News jidher li dan kien każ ta’ hit-and-run, bis-sewwieq tal-mutur jispiċċa jitwaqqaf fiz-zona tal-Moskea.

Jidher li l-mara ma tinstabx fil-periklu tal-mewt.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.