It-tennista Serb Novak Djokovic rebaħ għall-ewwel darba fl-Open ta’ Cincinnati sa mill-2019 meta għeleb li Alejandro Davidovich wara li kellu jirtira minħabba injury f’dahru.
Għal Djokovic din kienet l-ewwel darba f’dan l-Open sa mill-2019 wara li ma tħalliex jipparteċipa minħabba li rrifjuta li jieħu l-vaċċin kontra l-COVID-19. F’kummenti wara l-partita, Djokovic qal li jħossu kuntent li rritorna jilgħab f’dan it-tournament fejn fil-partita li jmiss se jkun qed jaffaċċja lil Gael Monfils.
Djokovic rebaħ l-aħħar dan it-tournament fl-2018 fejn dan kien l-unika Open li ma rebaħx għall-numru ta’ snin.
Intant, Caper Ruud b’sorpriża kien megħlub minn Max Purcell fejn fil-partita li jmiss se jilgħab kontra Stan Wawrinka. Jannik Sinner ukoll kien eliminat meta kien megħlub minn Dusan Lajovic filwaqt li Daniil Medvedev avvanza wara li għeleb lil Lorenzo Musetti.
Il-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Amerikan Taylor Fritz ukoll avvanza għall-fażi li jmiss.
Id-darbtejn champion Venus Williams hija lesta li tikkompeti għall-24 darba fil-karriera fl-Open tal-Istati Uniti f’rekord ta’ partecipazzjoni wara li ngħatat wild card. Williams, li għandha 43 sena, illum numru 533 fid-dinja għamlet id-debutt tagħha fil-kompetizzjoni ewlenija fi Flushing Meadows fl-1997, u kompliet bir-rebħ tat-titli tal-2000 u tal-2001.
Id-darbtejn finalista Caroline Wozniacki ta’ 33 sena, wara li wkoll ingħatat wild card se tirritorna wara li kienet irtirat fl-2020 . Hija se tilgħab fit-tielet tournament tagħha minn meta rritornat fil-WTA Tour aktar kmieni dan ix-xahar.
L-Open tal-Istati Uniti għandu jibda fit-28 ta’ Awwissu. Williams eks numru wieħed fid-dinja, għelbet plejer mill-lista tal-aqwa 20 għall-ewwel darba f’erba’ snin meta għelbet lir-Russa Veronika Kudermetova b’tentattiv li tirbaħ partiti wara xulxin fil-WTA Tour għall-ewwel darba mill-2019. F’Cincinnati, in-numru tlieta fid-dinja Amerikana Jessica Pegula waslet mal-aħħar 16 b’rebħa ta’ 6-7 6-2 6-3 fuq Martina Trevisan tal-Italja.
Iċ-champion ta’ Wimbledon Marketa Vondrousova tar-Repubblika Ċeka rebħet 6-4 6-2 kontra r-Russa Anastasia Popatova, filwaqt li seed numru 14 ir- Russa Daria Kasatkina għelbet lil Varvara Gracheva ta’ Franza.
//= $special ?>