Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-esperjenza ta’ Ħamrun fl-Ewropa

(Ritratt: Joseph Galea)

Ferencvaros…………………2 (8)

Ħamrun S……………………..1 (2)

Ferencvaros: A. Varga, H. Wingo (E. Civic 46′), I. Cisse, M. Knoester (M. Abena 74′), L. Paszka, D. Siger, M. Abu Fani (A. Gojak 81′), T. Nguen (Marquinhos 60′), K. Zachariassen, B. Varga, A. Traore (K. Lisztes 61′).

Ħamrun S.: F. Marchetti, O. Bjelicic, E. Marcelina, K. Bilic, J. Mbong (R. Camenzuli 38′), J. Corbalan, Y. Nenov (Eder 63′), N. Krstic, Elionay (S. Attard 80′), S. Paintsil (S. Borg 80′), L. Montebello (Jonny 63′).

Referee: Georgi Davidov (Bulgarija).

Fit-tieni leg tat-tielet round tal-UEFA Conference League, Ħamrun Spartans barra minn darhom kienu megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Ferencvaros tal-Ungerija biex b’hekk kienu l-Ungeriżi li kwalifikaw b’aggregate ta’ 8-2 wara li fl-ewwel leg rebħu f’Ta’ Qali 6-1.

Minkejja li Ferencvaros iddominaw il-pusses tal-ballun, kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ wara sitt minuti meta minn cross ta’ Luke Montebello kien Joseph Mbong li kkonkluda wara Varga.

Ferencvaros irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta kien Traore li b’daqqa ta’ ras sempliċi għeleb lil Marchetti. Fit-tieni taqsima, Ferencvaros ħarġu fuq l-offensiva u dawru r-riżultat fit-68 minuta permezz ta’ Varga.