Internazzjonali

Traġedja fil-Punent tal-Afrika: 60 immigrant maħsuba mejta

Jum ieħor immarkat minn dik li possibbilment taf tinbidel fi traġedja oħra tal-immigranti, din id-darba fil-Punent tal-Afrika; każ li seħħ ‘il barra minn Cape Verde fejn 60 persun għandhom ma nstabux, filwaqt illi 38 ġew salvati.

Fost dawn kien hemm erbat itfal ta’ bejn it-12 u s-16-il sena li kienu ilhom jiem mingħajr ilma u ikel.

Il-maġġoranza ta’ dawk kollha fuq id-dgħajsa, li kienet ilha aktar minn xahar fuq il-baħar, huwa maħsub li kienu mis-Senegal.

Il-bastiment intlemaħ għall-ewwel darba nhar it-Tnejn. B’rapporti inizjali jindikaw li d-dgħajsa kienet għerqet iżda aktar tard ġie ċċarat li kienet instabet f’nofs ta’ baħar bla fuel, waqt li kienet qed tinġarr mill-kurrent.

Id-dgħajsa tal-injam intlemħet minn dgħajsa tas-sajd Spanjola madwar 200 mil ‘il barra minn Sal, gżira li tifforma parti minn Cape Verde. U kienet din id-dgħajsa Spanjola li infurmat lill-awtoritajiet.