Gżira U……………….0 (0)
Viktoria Plzen…..2 (6)
Gżira United: D. Cassar; T. Espindola, G. Mentz, C. Chaba (B. Azizi 65′), M. Dias, Z. Scerri (H. Kadar 90′), A. Borg, F. Romero, L. Macula (M. Alouzi 89′), B. Borg (I. Ellul 90′), L. Riascos (W. Teixeira 73′).
Viktoria Plzen: M. Jedlicka; L. Holik, R. Hranac, V. Jemelka, J. Mosquera, I. Traore (P. Bucha 62′), J. Paluska, L. Kalvach (S. Dweh 72′), A. Vlkanova, J. Kliment (J. Kopic 76′), P. Sulc (R. Durosinmi 62′).
Referee: Denys Shurman (Ukranja).
Ġiet fi tmiemha wkoll l-esperjenza fl-Ewropa ta’ Gżira United meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 2-0 minn Viktoria Plzen f’partita li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Fl-ewwel leg, Viktoria Plzen kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0 u b’hekk niżlu għat-tieni leg aktar komdi. It-tim mir-Repubblika Ċeka, ħareġ mal-ewwel fuq l-offensiva fejn ħoloq numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor iżda kien biss fil-bidu tat-tieni taqsima li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Traore.
Il-goalkeeper ta’ Gżira, David Cassar kien protagonista f’din il-partita fejn wettaq numru ta’ saves biex żamm l-iskor rispettabli. Viktoria Plzen iżda xorta rnexxielhom jiskorjaw it-tieni gowl permezz ta’ Vlkanova b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>