Lokali

IL-ĦADD: Maratona ġbir ta’ fondi b’risq Inspire sabiex jinbena ċentru ta’ rijabilitazzjoni ġdid

Fi tmiem il-ġimgħa se tkun qed issir maratona ġbir ta’ fondi b’risq Inspire Foundation sabiex ikun jista’ jinbena ċentru ta’ rijabilitazzjoni u benesseri ġdid għal mijiet ta’ persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Fondazzjoni.

It-tema li ntgħażlet għal din il-maratona hi ‘Jien Suċċess’ hekk kif il-ħaddiema ta’ Inspire jemmnu li kull individwu, minkejja l-limitazzjonijiet, kundizzjonijiet u diżabbiltajiet li għandu, għandu jkollu l-opportunità li jirnexxi u jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu. Kif tispjegalna iktar dwar dan Adelaide Sammut.

Mis-servizz ta’ Inspire jibbenefikaw mijiet ta’ Maltin u Għawdxin sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tagħhom. Madanakollu, hekk kif it-teknoloġija fl-aħħar snin marret ‘il quddiem, inħass il-bżonn li l-Fondazzjoni jkollha teknoloġija tal-aħħar żminijiet.

Iċ-ċentru ġdid li qed jinbena, li fost l-oħrajn jinkludi kliniċi u fitness area, ilaħħaq spiża ta’ madwar €400,000.

Il-maratona se tkun qed tixxandar fost l-oħrajn fuq Net Television minn nofsinhar sa nofsillejl.

Għal iktar informazzjoni dwar kif tista’ tgħin lil Inspire, wieħed jista’ jidħol hawnhekk.