Wara li it-Tnejn li għadda isokta il-ġlied bejn il-forzi rivali tal-Brigata 444 u l-Al-Radaa fi Tripli aktar kmieni dalgħodu inħeles il-kap kmandant wara l-attakki imdemmija li ħasdu l-ħajja ta’ 55 persuna.
Il-battalji bl-armi kienu ħakmu it-toroq ta’ Tripli mit-Tnejn filgħaxija sat-Tlieta wara li 444 mexxej tal-Brigata Mahmoud Hamza nqabad mir-rivali Al-Radaa Force.
Intant, issuktaw iċ-ċelebrazzjonijiet tal-444 wara li il-kap tagħhom Mahmoud Hamza inħeles. Fid-dawl ta’ dan l-avveniment il-priministru libjan saħaq li il-ħajja ta’ nies mijiex logħba u appella biex iż-żewġ gruppi rivali sabiex jilħqu kompromes qabel ma’ jiteħdu iktar deċiżjonijiet ħorox.
//= $special ?>