Sport Waterpolo

Neptunes u Valletta fis-semifinali tan-knock-out … Sliema u San Ġiljan jistennewhom

Rapport: Stewart Said

SIRENS…………………………. 14

VALLETTA IZIBET………….. 19

(3-5), (4-3), (3-6), (4-5)

Wara li kisbu post fil-play-offs bir-raba’ post fil-kampjonat, Valletta Izibet jinsabu wkoll mal-aħħar erbgħa fin-knock-out. Huma reġgħu għelbu lil Sirens f’konfront dirett, b’Ivan Nagaev jispikka b’xejn anqas minn 10 gowls. Dan ir-riżultat ikkonferma l-progress ta’ Valletta f’dan is-sajf iżda wkoll fisser ir-rigress li għamlu Sirens hekk kif żgur li kien mistenni aktar minnhom.

Valletta sabu x-xibka l-ewwel u rnexxielhom iżommu vantaġġ żgħir ta’ 5-3 sa tmiem l-ewwel sessjoni. Nagaev spikka b’erba’ gowls, tlieta minnhom minn penalty, b’Sirens resqu biss sa gowl bogħod.

Il-Beltin dehru li setgħu jersqu lejn punt li jagħlqu l-logħba kmieni aktar mistenni b’vantaġġ ta’ 8-4 sa kważi nofs it-tieni sessjoni. Sirens stenbħu u sa tmiem is-sessjoni skorjaw tliet darbiet konsekuttivi, b’Valletta fallew żewġ man-ups importanti.

It-tim ta’ Marko Orlovic saħansitra ġab id-draw kmieni fit-tielet sessjoni u minn hemm kellha tibda logħba oħra. Madankollu, kompliċi l-esklużjoni għalkollox ta’ Pietro Figlioli, Valletta reġgħu ħadu l-kontroll u fetħu vantaġġ tajjeb ta’ 12-8. Sirens pruvaw jibqgħu fil-logħba iżda fiż-żewġ okkażjonijiet ta’ gowls, Valletta wieġbu immedjatament.

Sirens pruvaw jibqgħu fil-logħba fl-aħħar sessjoni u kienu tliet gowls minn taħt b’nofs sessjoni għat-tmiem. Doppjetta ta’ Nagaev u gowl ta’ Jayden Cassar aċċertaw mir-rebħa għal Valletta. Fis-semifinali jiltaqgħu kontra San Ġiljan.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino (1), K. Erdogan, P. Figlioli (3), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (1), M. Chircop (2), G. Melillo (1), M. Cutajar, M. Pasztor (4), M. Sciberras, M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis, J. Cachia (1), G. Sammut

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, D. Rizzo, J. Cassar (1), S. Busuttil (1), A. Vlahovic (4), D. Paolella (1), I. Nagaev (10), S. Micallef (1), A. Agius, K. Borg, K. Cremona, A. Theuma, M. Demarco, J. Chircop (1)

Referees: Arnaldo Petronilli, Massimo Angileri

NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 18

MARSASKALA ESC……………. 7

(3-1), (5-5), (5-1), (5-0)

Neptunes Videoslots eliminaw kif mistenni lil Marsaskala ESC u għamlu appuntament biex fis-semifinali tas-Sibt filgħaxija jaffrontaw lir-rivali Sliema. Din il-logħba fissret ukoll l-aħħar logħba ta’ karriera mill-aqwa għal Paul Privitera li se jirtira definittivament fl-età ta’ 50 sena.

Neptunes minn kmieni ħadu l-vantaġġ u bnew vantaġġ ta’ tliet gowls. Bejn tmiem is-sessjoni u l-bidu tat-tieni sessjoni, Marsaskala naqqsu d-distakk għal 3-2, sakemm Neptunes kabbru l-vantaġġ għal 8-4 b’Stevie Camilleri jispikka bi tripletta. Edoardo Manzi żamm lil Marsaskala parzjalment fil-logħba b’doppjetta.

Madankollu, Neptunes għamlu ċert mill-kwalifikazzjoni fit-tielet sessjoni, b’Alec Fenech, Stevie Camilleri u Jake Muscat kabbru l-vantaġġ għal 13-7. Minkejja d-distakk, Neptunes kellhom l-opportunità biex ikabbru r-rebħa u għamlu dan b’ħames gowls mingħajr risposta, fosthom doppjetta ta’ Muscat.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (4), S. Gialanze (2), G. Pace, M. Castillo, J. Bajada, S. Camilleri (4), J. Camilleri (2), A. Ivovic (1), F. Filipovic (3), A. Fenech (1), E. Mallia (1), M. Rossi, D. Bugeja, A. Fava

Marsaskala: A. Muscat, J.C. Cutajar, G. Galea (1), P. Privitera, R. Greco, E. Manzi (3), K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut, J. Pace Mizzi, M. Carani (1), J. Micallef, T. Sedlmayerm (2), F. Scardino

Referees: Attilio Paoletti, Alex de Raffaele