Internazzjonali

Nirien fil-Hawaii: Jirriżenja l-Kap tal-Emerġenza f’Maui

Il-Kap tal-Emerġenza f’Maui irriżenja jum wara li ddefenda n-nuqqas tal-aġenzija tiegħu li tattiva s-sistema tal-allarm tagħha malli faqqgħu n-nirien fatali tal-ġimgħa li għaddiet.

Herman Andaya, li ma kellu l-ebda esperjenza fis-sistemi tal-emerġenza, qal illi kienu “raġunijiet ta’ saħħa” li wassluh biex jirriżenja. Iżda fil-verità, dan il-pass wasal wara li r-residenti tal-gżira tal-Hawaii qalu li ir-rispons ta’ emerġenza seta’ kien aktar b’saħħtu biex jiġu salvati aktar ħajjiet.

Mill-inqas 111-il persuna ġew iddikjarati mejta u aktar minn 1,000 għadhom neqsin wara li s-sistema sofistikata ta’ Maui, li tinkludi 80 sirena madwar il-gżira dakinhar tan-nar, baqgħet ma skattatx. U b’hekk din ikawżat frustrazzjoni min naħa tal-komunità f’Maui.

Nhar l-Erbgħa, il-Kap tal-Aġenzija tal-Emerġenza f’Maui insista li ma jiddispjaċihx għal dik id-deċiżjoni. Huwa qal li beża’ mis-sireni minħabba li ħafna drabi kienu jindaqqu għal diżastri naturali oħra u kienu jibagħtu lil xi wħud f’Lahaina jiġru lejn l-ogħla parti ta’ Maui fejn potenzjalment setgħu jispiċċaw qalb il-fjammi.

Iżda nhar il-Ħamis, ħadd mir-residenti ma aċċetta din l-ispjegazzjoni. Bin-nies jistqarru li s-sirena kienet tipprovdi twissija kruċjali dwar il-periklu li kien qed joqrob lejhom.